Il-kompetizzjoni tal-SMS GO4Aygo… jitħabbar l-ewwel rebbieħ tat-Toyota Aygo

    Il-kompetizzjoni tal-SMS GO4Aygo jagħti lill-konsumaturi ċ-ċans li jirbħu wieħed mis-26 Samsung 32” LED TV u żewġ karozzi Toyota AYGO. Il-kompetizzjoni tagħlaq fit-2 ta’ Diċembru li ġej.

    It-Tnejn li għadda, 19 ta’ Novembru, ir-rebbieħ tal-ewwel Toyota Aygo kien is-Sur Colin Borg. Il-preżentazzjoni ttellgħet fix-‘showroom’ ta’ Michael Debono f’Ħaż-Żebbuġ. S’issa, 14-il Samsung 32” LED TV ingħataw lil Billy Barbara, Andrew Zarb Cousin, Charlene Bartolo, Luca Sevasta, Lorita Bajada, Dennis Mallia, Carmen Sansone, Audrey Caruana, Carl Bonnici, Brian Bonnici, Daniel Zammit, George Bugeja u Duayne Gouder.

    Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-konsumaturi GO li għandhom 18-il sena ’l fuq li jaqgħu taħt it-tariffi Pay As You Go jew Pay Monthly plans. Biex jipparteċipaw il-konsumaturi għandhom jibagħtu SMS fuq 50705070 bil-kelma “Aygo”. Konsumaturi li jixtiequ joħorġu mill-kompetizzjoni wara li jkunu rreġistrati biex jipparteċipaw għandhom jibagħtu SMS bil-kelma “STOP” fuq 50705000. Dan l-SMS huwa mingħajr ħlas.

    Konsumaturi li jagħżlu li jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni għandhom jirċievu żewġ SMSs, l-ewwel SMS jinkludi informazzjoni, prezz u l-premjijiet u t-tieni SMS jikkonsisti f’mistoqsija ‘multiple choice’. Il-konsumatur għandu jirrispondi bit-tweġiba t-tajba. Il-punti jiġu ggwadanjati skont il-mistoqsijiet li jkunu mwieġbin korrettement.

    Partiċipanti huma inkoraġġuti biex jidħlu fuq is-sit www.go.com.mt/go4aygo biex jiffamiljarizzaw aħjar mat-termini u l-kundizzjonijiet.

    Kull SMS mibgħut mill-parteċipanti lejn 50705070 jiswew ¢1.20.