Mara Russa żżomm il-ġisem mejjet tar-raġel tagħha għal snin sħaħ fl-appartament

    L-awtoritajiet Russi stqarru li mara b’ħamest itfal żammet il-ġisem mejjet tar-raġel tagħha fl-appartament għal kważi tliet snin wara mewtu.

    Prosekuturi fir-reġjun Russu ta’ Yaroslavi stqarrew li l-mara, deskritta bħala Kristjana Pentekostali devota immens b’rekord psikjatriku, tant ħassitha mitlufa meta mitilha r-raġel minn każi naturali fl-2009, li hija emmnet li seta’ jirxoxta mill-mewt. Investigazzjoni nfetħet hekk kif l-awtoritajiet sabu l-ġisem ta’ dan ir-raġel mormi f’basket tal-plastik.

    Skont il-prosekuturi l-mara żammet ġisem ir-raġel fis-sodda tagħhom u kienet iġġiegħel lit-tfal tagħha biex ikellmuh u jagħtuh x’jiekol.