Real Madrid joffru €120 miljun għal Paul Pogba

    Wara li ħarġet l-aħbar li l-prezz tal-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Juventus, Paul Pogba, huwa dak ta’ €270 miljun, il-club ta’ Real Madrid għamel offerta ta’ €120 miljun għas-servizzi ta’ dan il-player ta’ 23 sena.

    Anke jekk is-somma ta’ €120 miljun hija waħda eċċessiva … iżda hija aktar “realistika’ minn dik ta’ €270 miljun. Il-club Taljan qed jitlob din iċ-ċifra għall-fatt li ma jridx jitlef lil dan il-player.

    Sadanittant, anke Manchester United jinsabu nteressati f’Pogba u s’issa waslu sa €80 miljun. Issa wieħed irid jara fejn jixtieq imur jilgħab dan il-player Franċiż li se jieħu deċiżjoni finali wara l-avventura tiegħu fil-Euro 2016.