Festival tal-bejken fiż-Żejtun

    Il-Festival tal-Bejken huwa attività organizzata minn 2 Minds Events flimkien ma’ Dar Nazareth taż-Żejtun. Il-qligħ kollu minn din l-attività ser imur għall-Fondazzjoni Dar Nazareth (http://www.fondazzjoninazareth.org/about-us/).

    Il-festival, li se jsir l-ewwel darba f'Malta, se jittella' nhar is-Sibt, 9 Lulju 2016 fil-Pjazza tas-Suq, iż-Żejtun, mis-7pm sa nofsillejl.

    F’din l-attività wieħed għandu jsib bosta platti li kollha ġejjin mill-majjal, speċjalment il-bejken li huwa tant imfittex mill-Maltin.

    Minbarra l-ikel, kull min jattendi ser ikun jista' jsegwi attività msejħa Pig Race, jixrob inbid lokali u jsegwi żfin u kant fuq il-palk.

    Il-parkeġġ mhux problema, peress li ser jinfethu xi għelieqi fil-qrib.

    Aktar informazzjoni dwar il-festival tista' tinkiseb online minn fuq https://www.facebook.com/events/129209020823916/