Kunsillier Sqalli kien ġej Malta bi kważi 20 kilo droga

    Skont is-sit Siracusa News, kunsillier tal-Partit Demokratiku Sqalli lbieraħ ġie arrestat hekk kif kien se jaqbad il-katamaran lejn Malta minħabba li kellu fil-pussess tiegħu kwantità kbira ta' droga.

    Il-kunsillier, Tony Bonafede ta' 31 sena, kien ma' żewġ irġiel oħra meta ġew arrestati. Fil-pussess tagħhom instabu 16-il kilogramm marijuana u tliet kilogrammi ħaxixa.

    It-tliet irġiel kienu qed jiġu osservati mill-Iskwadra Kontra d-Drogi ta' Sirakuża, li membri tagħha għamlulhom tfittxija qabel ma rikbu l-katamaran lejn Malta. Huma qed jinżammu arrestati f'Ragusa, fejn se jinbdew il-proċeduri kontrihom.