It-tielet terrorista tal-Beljġu għadu jiġri mas-saqajn

    Minkejja li dalgħodu ġriet ix-xnieha fuq diversi mezzi tax-xandir barranin li t-tielet terrorista inqabad f'Anderlecht, din ix-xnieha ġiet imxejna mill-Prosekutur għal-Federazzjoni Belġjana. 

    Skont il-Prosekutur Belġjan, Frederic Van Leeuw, it-terrorista li ħalla it-tielet bomba fl-Ajruport għadu jiġri mas-saqajn fil-Belġju stess. Fi kliem Van Leeuw, "din l-aħbar hija ta' theddida għall-Belġju.

    Aktar kmieni kien irraportat ukoll li l-bombi li splodew fl-ajruport, splodew fuq medda ta' 37 sekonda minn xulxin. 

    Qed jingħad ukoll, li t-terroristi suwiċida aħwa Khalid u Brahim el-Bakraoui huma ta' nazzjonalità Belġjana. Il-Prosekutur temm jgħid li t-tnejn li huma kellhom rekord ta' kriminalità għoli.