Brexit jew Dexit' Riesaq aktar maltemp lejn l-Unjoni Ewropea

    Politiċi Daniżi qed jitolbu referendum wara li bosta Daniżi bidlu l-opinjoni tagħhom dwar l-Unjoni Ewropea.

    Wara lir-Renju Unit beda jberraq biex joħroġ mil-UE u se jagħmel referendum f'Ġunju li ġej, issa jidher li d-Danimarka tista' tkun it-tieni pajjiż li jagħmel l-istess.

    Qed jiġi rrapurtat li aktar minn 33% tal-poplu Daniż jivvota biex id-Danimarka toħroġ mil-UE kieku kellu jsir referendum bħalissa.

    Din iż-żieda fid-Daniżi li jixtiequ joħorġu mill-UE hija l-akbar waħda mis-sena 2013 meta dakinhar kienu 25% dawk li xtaqu joħorġu mill-UE.

    Il-Muviment tal-Poplu Kontra l-UE fid-Danimarka ilu jsejjaħ għal-indipendenza u appella lill-Gvern biex jagħmel referendum ħalli d-Daniżi jkollhom vuċi wara erbgħin sena membri fl-UE.

    L-istess muviment nieda petizzjoni biex jisforza lill-Gvern Daniżi ħalli jieħu azzjoni.

    Il-Membru Parlamentari Ewropea tal-istess Muviment, Rina Ronja Kari qalet "Meta tqabbel l-UE tal-lum ma dik li kienet erbgħin sena ilu meta d-Danimarka issieħbet, tara kambjament drastiku. Qabel kienet koperazzjoni kummerċjali, issa l-UE saret tindaħal f'kull qasam tas-soċjetà".

    "Għalhekk naħseb li tajjeb li nistaqssu liċ-ċittadini Daniżi jekk l-UE tal-lum hix l-istess UE li riedu huma erbgħin sena ilu jew jekk iridux li nitilqu mill-UE" tenniet Ronja Kari.

     

    Ritratt: Getty Images