Diversi persuni arrestati fuq droga

    Ħidma mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fil-jiem li għaddew wasslet għall-arrest ta’ 14-il persuna, 13 minnhom ġewwa Paceville. Il-persuni arrestati huma ta’ nazzjonalita` Maltija, Irlandiża, Somala u Niġerjana u l-eta` tagħhom tvarja bejn id-19 u t-30 sena.  Is-sustanzi misjuba kienu jinkludu droga suspettata kokaina, kannabis, raża tal-istess kannabis u ecstasy. 
     
    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan għadhom għaddejjin.
     
    Sadanittant matul il-lejl li għadda, ħidma konġunta bejn l-Uffiċjali tad-Dwana u l-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 38 sena mill-Gana.  
     
    Wara tfittxija li saret fuqu mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Sqallija, instab li kien fil-pussess ta’ iktar minn 2Kg ħaxixa.  Huwa mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti għada, akkużat b’importazzjoni u pussess aggravat tal-istess sustanza msemmija. 
     
    Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa,
     
    Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.