Granola Bars

    Ingredjenti:

    100g passolina

    100g ġellewż

    300g ħafur

    50g ċereali li jogħġbuk (jien użajt rice puffs),

    100g butir

    100g zokkor muscovado

    100g għasel

    Metodu:

    Saħħan iz-zokkor, il-butir u l-għasel sakemm jinħall iz-zokkor. Ħallat l-ingredjenti l-oħra ġo skutella kbira. Żid it-taħlita tal-butir. Ħawwad sew. Ipprepara dixx billi tuża spray tal-ħami. Poġġi t-taħlita fid-dixx. Agħfas it-taħlita b'mgħarfa. Poġġi d-dixx fil-forn f'temperatura ta' 160 grad Celcius għal 10 minuti. Ħalli t-taħlita tiksaħ u toqgħod għal xi erba' sigħat qabel ma tqattagħha.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm Lifestyle & Co fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday