Simon Busuttil garanzija ta’ kontijiet ogħla u tniġġis - PL

    Stqarrija mill-Partit Laburista tgħid li l-gazzetta Times of Malta illum fakkret kif 10 snin ilu, Gvern Nazzjonalista kien żied is-surcharge fuq il-kontijiet b’55%, żieda li waslet fl-istess żmien li l-Kabinett Nazzjonalista kien ta żieda lilu nnifsu ta’ €500 fil-ġimgħa.

    Bil-politika li qed jimbotta ‘il quddiem Simon Busuttil illum, mhux biss l-istess Kap tal-Oppożizzjoni huwa garanzija ta’ aktar tniġġis iżda garanzija ta’ kontijiet ogħla. Dan juri kif l-istess Busuttil għadu jaħseb bl-istess mod li 10 snin wasal biex kien hemm żieda ta’ 55% fis-surcharge, Gvern li huwa kien jagħmel parti minnu.

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni llum, irid li jreġġa’ l-arloġġ tiegħu u l-Maltin u l-Għawdxin iħallsu kontijiet ogħla.

    B’Kuntrast, dan il-Gvern naqqas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ 25% li jfisser €80miljun fl-ekonomija, fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji. Qed joffri stabbilità li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jippjana, l-aktar in-negozji.

    Id-Differenza qatt ma kienet daqshekk ċara. Simon Busuttil garanzija ta’ kontijiet ogħla. Joseph Muscat garanzija ta’ kontijiet irħas. Kontijiet irħas li llum il-poplu dera jirċievi, ttemm l-istqarrija mill-Partit Laburista.