Kejk tal-irkotta u l-lewż

    Ingredjenti:

    200g irkotta

    
35g butir imdewweb


    100g lewż mitħun

    
50g lewż imqatta' biċċiet żgħar


    250g dqiq self-raising

    
1/2 kuċċarina bikarbonat


    meraq u qoxra maħkuka ta' nofs lumija

    
ftit vanilla


    6 mgħaref stevia

    niskata noċemuskata

    
ilma jekk ikun hemm bżonn

    
4 bajdiet

    Għall-wiċċ:

    
9 kuċċarini ġamm tat-tuffieħ

    
lewż (flaked almonds),


    għasel sħun biex il-wiċċ jiġi jleqq

    Metodu:

    Idlek dixx tal-kejkijiet bil-butir. Ħallat mal-butir imdewweb il-meraq tal lumija u l-qoxra maħkuka. Żid il-vanilla u neħħi minn fuq in-nar.

    Ħabbat il-bajd. Żid l-irkotta u b'mgħarfa ħawwad sakemmm il-konsistenza tkun trasparenti. Għarbel id-dqiq. Żid il-bikarbonat, l-istevia, in-noċemuskata u l-lewż mitħun. Agħmel ħofra fin-nofs. Żid it-taħlita tal-butir mad-dqiq. Ħawwad. Żid it-taħlita tal-irkotta. Ħawwad. Ferra' t-taħlita ġod-dixx. Poġġi fil-wiċċ il-ġamm tat-tuffieħ. Ferrex ftit lewż u aħmi ġo forn f'temperatura ta' 170 grad Celcius għal nofs siegħa.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Lifestyle & Co' fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday