Soppa tal-qargħa ħamra u l-coconut

    Ingredjenti:

    kilo qargħa hamra mqaxxra

    basla mqattgħa

    2 sinniet tewm

    mgħarfa kosbor niexef

    2 patatiet

    litru stokk tal-ħaxix

    mgħarfa żejt taż-żebbuġa

    200ml ħalib tal-coconut

    melħ u bżar

    żerriegħa tal-qargħa ħamra, moħmija bil-ħwawar u ftit melħ, għall-wiċċ

    Metodu:

    Sajjar il-ħaxix kollu u l-kosbor fiż-żejt taż-żebbuġa fuq nar moderat. Żid l-stokk u sajjar għal madwar nofs siegħa. Itħan kollox bil-liquidizer. Żid il-ħalib tal-coconut. Saħħan kollox flimkien. Żejjen il-wiċċbi ftit ħalib tal-coconut, iż-żerriegha tal-qargħa ħamra moħmija, u ftit tursin.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Lifestyle & Co' fuq TVM2. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday