Biskuttini tal-lewż

    Ingredjenti:

    500g lewż pur mitħun

    250g zokkor

    4 abjad tal-bajd (imħabbtin),

    ftit qtar estratt tal-lewż

    ftit qtar essenza tal-vanilla

    qoxra ta' nofs lumija maħkuka

    lewż sħiħ għall-wiċċ

    rice paper

    Metodu:

    Sahhan il-forn għal 180 grad Celcius.

    Ħallat il-lewż mitħun, iz-zokkor, l-essenza tal-lewż , il-qoxra tal-lumija u l-vanilla fi skutella. Ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm jibbies u żid l-ingredjenti xotti. Ħawwad bil-mod b'mgħarfa tal-metall sakemm kollox jitħallat flimkien.

    Irranġa r-rice paper fuq dixx kbir tal-forn. Ifforma blalen bit-taħlita u l-poġġihom fuqha. Bill subgħajk fl-ilma u ċċattja l-wiċċ ta' kull biskuttina. Poġġi lewża fuq kull biskuttina u aħmi għal 20 jew 25 minuta.

    Ħalli l-biskuttini jibirdu qabel ma tneħħihom mid-dixx. Aqta' r-rice paper żejjed ta' madwar kull biskuttina.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.