Dħul spettakolari fil-Port il-Kbir

    Il-Port il-Kbir hu ta' attrazzjoni u sbuħija bla qies. Din is-sbuħija tinbidel fi spettaklu għad-dehra ta' bastimenti bil-qlugħ u mimlijin bnadar deħlin fl-port.

    Din is-sensazzjoni nħasset fl-aħħar sigħat meta fil-Port il-Kbir daħal il-bastiment Messikan bil-qlugħ, ARM Cuauhtemoc. Il-bastiment se jkun miftuħ għall-pubbliku illum bejn 10.00 ta' filgħodu u t-8.00 ta' filgħaxija u l-Ħadd u t-Tnejn fl-istess ħinijiet.

    Ritratt: DOI Carl Farrugia