Iż-żwiemel jiġru u n-nies jiġġieldu fil-Palio di Siena

    Din is-sena l-Palio di Siena li tradizzjonalment issir fis-16 ta’ Awissu fil-Belt ta’ Siena fl-Italia kien wieħed differenti mis-soltu hekk kif il-bosta Taljani u turisti mhux talli raw tiġrija biż-żwiemel iżda saħansitra ġlieda bl-idejn bejn żewġ masses ta’ nies.

    Filmati li deheru fuq l-internet juru kif żewġ gruppi kbar ta’ nies bdew jiġġildu donnhom f’xi duel tal-cowboys.

    Il-Palio di Siena hija ġirja tradizzjonali biż-żwiemel li issir darbtejn f’sena, darba fit-2 ta’ Lulju iddedikata għal Madonna ta’ Provenzano u l-oħra fis-16 ta’ Awissu idedikata lil Marija Assunta.