Chili tal-majjal

    Ingredjenti:

    75g bejken imqatta' fin

    500g kapuljat tal-majjal

    mgħarfa żejt,

    basla bajda kbira, imqattgħa

    1 jew 2 bżariet ħomor jaħarqu, imqattgħin fin

    4 sinniet tewm kbar, maħkukin

    kuċċarina oregano niexef

    mgħarfa trab taċ-chili

    niskata trab tal-kemmun

    kuċċarina trab tal-kosbor

    dada

    2 kuċċarini trab tal-espresso (instant),

    500ml tadam tal-bott

    500g fażola bajda (canellini),

    tazza nbid abjad

    mgħarfa kunserva

    Metodu:

    Aqli l-basla u t-tewm u żid il-ħwawar kollha. Ħawwad u wara żid il-bejken. Ħallih isir għal xi tliet minuti. Ħawwad u żid il-laħam. Ibqa' ħawwad sakemm jsir. Itfa' l-ingredjenti l-oħra. Baxxi n-nar u ħallih itektek għal 45 minuta sa siegħa.

    Servi bit-tacos, ross, patata moħmija jew insalata.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday.

    Ritratt: Ian Noel Pace