280 tifel u tifla involuti f'ċirku ta' pornografija fil-Pakistan

    Seba’ persuni suspettati li biegħu u anke pparteċipaw f’pornografija tat-tfal ġew arrestati fil-provinċja ta’ Punjab f’Pakistan.

    L-età tas-suspettati tvarja bejn l-14 u l-25 sena, fejn qed jiġu akkużati b’sodomija u estorsjoni.

    Qed jiġi rrapurtat li saru madwar 400 filmat fejn mill-inqas 280 tifel u tifla kienu involuti u l-maġġoranza tat-tfal huma taħt l-età ta’ 14-il sena.

    L-awtoritajiet qalu li madwar 25 persuna abbużaw mit-tfal bejn l-2009 u l-2014 f’villaġġ fid-distrett ta’ Kasur.

    Rana Asif Habib, avukat għad-drittijiet tat-tfal u attivist fil-Pakistan, sostna li l-biża' tiegħu hi li dan il-każ ma jingħatax importanza u r-rapporti jiġu minsija jew inkella evitati.

    Habib qal li jaħseb li l-investigazzjoni tkompi biss sakemm il-każ ikun fl-attenzjoni tal-midja.