13,000 persuna evakwati f’California

    Ordnijiet ta’ evakwazzjoni ngħataw lil 13,000 persuna f’California hekk kif pumpieri batew biex jikkontrollaw nar distruttiv li nfirex malajr matul il-boskijiet fil-fuq minn 20 post.

    Madwar 9,000 pumpier ħademu matul it-Tnejn f’terren wieqaf u mħatteb. L-akbar nar - l-hekk imsejjaħ Rocky Fire north ta' San Francisco - diġà qered aktar minn 90 mil kwadru (233 sq km), ta' art.

    Ġie rrappurtat li n-nar Rocky ttripla fid-daqs tul tmiem il-gimgħa, fejn uffiċjali ddeskrivew ir-rata ta' tkabbir bħala bla preċedent.

    Erba' snin ta' nixfa fil-Punent tal-Istati Uniti ħallew il-pajsaġġ niexef. Flimkien mal-kundizzjonijiet umdi, sajjetti u kundizzjonijiet oħra, din ħolqot sfida serja għall-pumpieri u l-ajruplani li jitfgħu l-ilma mill-ajru.

    Filwaqt li ġie rrappurtat progress fil-kontroll tan-nirien, parzjalment minħabba tnaqqis żgħir fit-temperaturi, m'hemmx tbassir ta’ xita.

    Partijiet oħra tal-Punent tal-Istati Uniti huma wkoll qed jaraw in-nirien. Fil-fatt aktar minn 300 persuna ġew mċaqalqa mill-mogħdija tan-nar fl-Istat ta’ Washington, hekk kif nar distruttiv ħaraq meddakbira ta’ art f’Oregon.