Marokkin imut waqt vjaġġ illegali lejn Spanja

    Immigrant Marokkin, ta’ 27 sena, li pprova jidħol fi Spanja b’mod mhux tas-soltu spiċċa tilef ħajtu.

    Il-Marokkin għamel ftehim ma’ ħuh li kien ser jaqsam bejn il-Marokk u Spanja. Ħuh, li għandu passaport Franċiż, għalaq lil ħuh ġo bagalja li ġie tqieġħdet fil-bagoll tal-karozza.

    Ġara li ftit qabel ma wasal mal-kosta ta’ Spanja, il-Marokkin li kien qed isuq induna li ħuh kien spiċċa fgat fil-bagoll.

    Il-Marokkin ġie arrestat u qed jiġi akkużat b’immigrazzjoni illegali.