Kebabs tal-majjal għall-barbikju

    Għandek bżonn:

    sinna tewm mitħuna

    żewġ mgħaref meraq tal-lumi

    żewġ mgħaref meraq tal-larinġ

    żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa

    nofs kuċċarina chili flakes

    kuċċarina kemmun mitħun

    kuċċarina kosbor mitħun

    500g majjal ta’ Malta mqatta’ dadi

    weraq tar-rand

    Zalza biex isservi mal-kebabs:

    175g żebbuġ imqatta’

    basla mqattgħa

    sitt tadamiet

    żewġ mgħaref żejt taż-żebbuġa

    Metodu:

    Ħawwad it-tewm, il-meraq taċ-ċitru, iż-żejt taż-żebbuġa, il-bżar aħmar, il-kemmun u l-kosbor ġo dixx u żid il-biċċiet tal-majjal. Immarina l-laħam matul il-lejl. Lesti z-zalza billi tħawwad kollox flimkien fi skutella.

    Neħħi l-biċċiet tal-majjal mit-taħlita u poġġihom fuq skewers tal-injam. Poġġi werqa tar-randa ma’ kull waħda. Ixwi l-kebabs fuq fuq il-barbikju. Servihom maz-zalza.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fil-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkollwww.facebook.com/goodfoodeveryday.