Gazpacho tat-tadam u l-qargħa bajda

    (Il-gazpacho hija soppa kiesħa tat-tadam li toriġina min-nofsinhar ta’ Spanja. Hawnhekk qiegħda nħallat magħha l-qargħa bajda. Is-soppa titjieb jekk tħalliha fil-friġġ għal ftit sigħat biex tiksaħ sew.),

    Ingredjenti:

    • 2 kilos tadam

    • 1 kilo qargħa bajda mgħollija

    • basla bajda

    • 3 sinniet tewm

    • kuċċarina trab tal-kemmun

    • ponn ħabaq frisk

    • 6 mgħaref żejt taż-żebbuġa

    • melħ u bżar

    • galletti biex isservi

    Metodu:

    Poggi l-ingredjenti kollha ġo skutella u uża hand blender biex tħawwad sew sakemm ikollok konsistenza lixxa. Ħalli t-taħlita tiksaħ fil-friġġ qabel ma sservi.

    Din ir-riċetta ta' Lea Hogg ixxandret fuq il-programm 'Cooking with Lea' fuq ONE TV. Ara wkoll www.facebook.com/goodfoodeveryday