Bżonn ta' għajnuna fil-Kenja

    Numru ta' aġenziji li qegħdin jaħdmu f'kamp ta' refuġjati fil-Kenja, qalu li għandhom bżonn ħafna fondi. In-nuqqas ta' fondi qiegħed ipoġġi l-ħajja ta' eluf ta' nies f'riskju.

    Tmien organizzazzjonijiet, fosthom l-Oxfam u Save the Children qalu li għandhom bżonn madwar $25 miljun, biex is-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż titjieb.

    Il-fatt li Dadaab, belt fil-Kenja li tmiss mal-fruntiera mas-Somalja, kellha tkabbir sostanzjali fil-popolazzjoni, wassal biex ikun hemm bżonn ferm aktar fondi. It-tkabbir fil-popolazzjoni seħħ hekk kif is-sena li għaddiet eluf ta' Somali qasmu l-fruntiera biex jaħarbu l-faqar u l-vjolenza li kien hemm f'darhom.

    L-aġenziji ta' għajnuna qalu li għandhom bżonn 30,000 xelter biex ilaħħqu mad-domanda tal-popolazzjoni, imma li għandhom fondi biss għal 4,000. Dan barra li hemm nuqqas ta' ilma u ta' faċilitajiet sanitarji. B'hekk qed jikber ukoll ir-riskju tal-kolera.