Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' ġebel fuqu

    Raġel ta’ 54 sena minn Għajnsielem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li illum għall-ħabta tat-3.00p.m., kellu inċident fi Triq il-Fortin Sant’ Anton, fil-Qala, Għawdex.

    Minn stħarriġ preliminari li sar jirriżulta li għal xi raġuni waqt li r-raġel kien qiegħed jaħdem ġo barriera, waqa’ ġebel fuqu.

    Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iżjed tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi u jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu.

    Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta maġisterjali.