Aġġornat: Persuna mejta f'attakk fuq 'il-libertà tal-espressjoni' f'Copenhagen

    18:55: Persuna mietet fl-isparatura fuq il-kafetterija f'Copenhagen filwaqt li tal-inqas tliet persuni sfaw midruba.

    Aktar kmieni: L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa rrappurtat kif f’Copenhagen fid-Danimarka kien hemm sparatura fuq kafetterija li fiha kienet qed tissokta laqgħa pubblika dwar il-libertà tal-espressjoni. Fost dawk preżenti kien hemm Lars Vilks, artist li fl-2007 kien famuż għad-diversi karikaturi ta’ Mawmettu. Jidher li min fetaħ in-nar spara tal-inqas 30 tir.

    F’din l-isparatura weġġgħu minn tal-inqas żewġ persuni. Wieħed minnhom kien pulizija pajżan.