Daniel Sturridge jerġa’ jweġġa’

    Aħbar ħażina għall-partitarji ta’ Liverpool hija li l-attakkant internazzjonali Ingliż, Daniel Sturridge, se jdum barra mill-azzjoni (mill-inqas), għal tliet ġimgħat oħra wara li sofra injury fil-muskolu tal-koxxa waqt it-taħriġ.

    Sturridge ilu nieqes mill-azzjoni mit-3 ta’ Settembru, li għadda, fir-rebħa ta’ 1-0 fuq in-Norveġja f’partita ta’ ħbiberija.

    Kien jumejn wara li kellu jirtira mill-iskwadra Ingliża minħabba li waqt it-taħriġ sofra injury fil-koxxa. Meta reġa’ rritorna għat-taħriġ ma’ Liverpool, fl-10 ta’ Ottubru, huwa sofra injury fil-pexxul, biex ir-ritorn tiegħu fl-azzjoni kellu jistenna.

    Issa waqt li kien qed jittama li seta’ jiffaċċja lil Crystal Palace, fi tmiem il-ġimgħa li ġej, sfortunatament kellu jirtira mit-taħriġ.