Torta tal-cranberry u lewż mħallat

    Ingredjenti:

    Għall-għaġina:

    625g dqiq

    200g butir

    kuċċarina vanilla

    qoxra ta' larinġa mqaxra

    100g zokkor

    150g ilma

    żewġ mgħaref kokodina

    Għall-mili:

    200g tamal

    100g cranberries

    100g ġewż

    100g lewż

    200g lewż midħun

    żewġ bajdied nofs qoxra mandolina maħkuka

    nofs qoxra lumija maħkuka

    ftit ‘mixed spice’ u ftit trab tal-imsiemer tal-qronfol


    Metodu:

    Agħmel l-għaġina u iksi dixx ta' 21 cm.

    Ħalli t-tamal jixxarab u għallih f'bott ħalib, ħallih jiksaħ. Żid l-ingredjenti l-oħra. Iksi forma ta’ għaxar pulzieri b'għaġina ħelwa li tkun ippreparajt qabel. Aħmi fil-forn blind għal 20 minuta f'temperatura ta' 180 grad celsuis. Itfa’ t-taħlita kollha fiha u erġa’ għattiha bl-għaġina ħelwa u aħmi f’temperatura ta’ 185 grad għal madwar 25 minuta.