Għaġin bil-perżut u t-tulbaghia

    Ingredjenti għall-erba' persuni:

    pakkett għaġin ta' 500g

    ftit żejt taż-żebbuġa

    pakett piżelli tal-friża 250g

    gobon mahkuk, kemm trid

    pakett perżut ta' 150g

    2 rjus ta tewm jew jekk qiegħda tuża t-tulbaghia uża tliet biċċiet

    melħ u bżar

    Metodu

    Għalli l-għaġin. Sadanittant qatta' l-basla irqiqa u t-tewm u tulbaghia. Jekk qiegħda tuża t-tulbaghia żomm il-fjuri vjola biex iżżejjen il-wiċċ tal-platt tal-għaġin meta jkun lest.

    Aqli l-basla fi ftit qtar taż-żejt, żied magħhom it-tewm jew tulbaghia. Żid il-piżelli u ħawwad, issajarhomx ħafna ħalli ma titlifx il-kulur. Żid il-melħ u bżar. Qatta' l-perżut biċċiet żgħar u sajjar dejjem fuq nar baxx. Saffi l-għaġin u ħallat mat-taħlita tal-piżżelli. Żid ftit ġobon maħkuk frisk u poġġi f'dixx biex isservih fuq il-mejda. Żejjen bil-fjuri tat-tulbaghia.

    Riċetta miġjuba minn Lea Hogg