Kejk tal-qargħa ħamra

    Ingredjenti:

    700g dqiq self raising

    250g zokkor

    kuċċarina bikarbonat tas-soda

    erba' bajdiet

    400g qargħa ħamra - għalliha, neħħi l-ilma u għaffiġha

    180g butir

    tliet mgħaref kokotina

    niskata trab tal-vanilla

    250g frott imħallat

    Metodu

    Għarbel id-dqiq u l-kokotina.

    F'kazzola dewweb il-butir, żid il-butir, iz-zokkor, il-frott, il-bikarbonat tas-soda, il-vanilla u l-ilma.

    Ħawwad kollox flimkien sakemm jinħall iz-zokkor ukoll.

    Żid il-qargħa ħamra, ħawwad, żid it-taħlita ta' dqiq u kokotina u erġa' ħawwad. Żid il-bajd imħabbat u kompli ħawwad.

    Dellek dixx bi ftit butir jew iksi bil-baking paper. Aħmi f'forn f'temperatura ta' 170 grad C għal siegħa.