Dan il-couscous tajjeb servut ma kull tip ta' laħam jew ħut u wkoll tista' tieklu bħala insalata kiesħa rranġata fuq il-weraq tal-ħass imħalltin. Għal minn irid riċetta bla glutina, użaw il-quinoa minflok il-couscous. Riċetta ħafifa u sempliċi biex tagħmilha imma t-tomgħa vera tajba u l-kuluri jġennuk daqs kemm huma sbieħ flimkien.
Għal erba' persuni għandek bżonn
Couscous jew quinoa skont kemm tiggosta u segwi l-istruzzjonijiet tal-pakkett biex issajjar
Stokk tal-ħaxix, cube għal kull erba' porzjonijiet
Ilma sħun skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett
Nofs lumija magħsura
Nagħniegħ frisk
kwart ta' kuċċarina nagħniegħ niexfa
rummiena imqaxra u mnadfa
melħ u bżar
żejt taż-żebbuġa, ftit
Metodu
Segwi l-istruzzjonijiet fuq il-pakett tal-couscous jew quinoa biex issajru. Żid il-cube ta' stokk, il-lumija magħsura u ħalieha ssir. Meta jsir ħallat kollox u uża furketta u żid in-nagħniegħ frisk imqatta biċċiet, n-nagħniegħ niexfa u r rummien. Żid il-melħ u l-bżar u ftit żejt taż-żebbuġa u ħallat kollox flimkien. Servi sħun jew kiesaħ.
Riċetta ta' Lea Hogg