Koxox tat-tiġieġ bil-mustarda

    Ingredjenti għal erba' persuni

    sitt koxox tat-tiġieġ

    mgħarfa mustarda mħalta

    kikkra frak tal-ħobż

    mgħarfa żejt

    melħ u bżar

    żewg bassliet imqaxxra u mqatta' biċċiet irqaq

    Metodu:

    Saħħan il-forn, f'temperatura ta' 180 grad celsuis.

    Iksi il-koxox tat-tiġieġ bil-mustarda. Għaddi l-koxox minn fuq il-frak tal- ħobż imħallat bil-melħ u l-bżar. Aqlihom fi ftit żejt.

    Dellek dixx tal-forn bi ftit żejt.

    Itfa' l-basal fil-qiegħ, ferrex fuqhom ftit melħ u bżar u nofs mgħarfa żejt. Poġġi fuqhom it-tiġieġ..

    Agħtti bit-tin foil, u poġġi fil-forn. Sajjar għal nofs siegħa. Servi bil-ħaxix jew insalata.

    Riċetta mingħand Lea Hogg