Pesto tal-Kappar

    Ingredjenti għal erba' persuni

    żewġ sinniet tewm

    kikkra u nofs kappar

    kikkra tursin

    kikkra nagħnigħ frisk

    kikkra lewż (Flaked almonds),

    12-il magħrfa żejt taż-żebbuġa

    melħ jekk ikollok bżonn

    bżar

    għasra meraq ta' lumija

    nofs kikkra ġobon maħkuk

    Metodu

    Poġġi l-ingredjenti kollha fi skutella. Uża l-food mixer jew hand blender biex tidħan kollox.

    Ħallat kollox flimkien.

    Sajjar 150g ross u żid il pesto u tadam nej mqatta. Żejjen bin-nagħnigħ frisk u ġobon pecorino maħkuk.

    Dan il-pesto tista' tagħmlu mal-għaġin, ross jew couscous.

    Riċetta miġjuba lilkom minn Lea Hogg