Soppa tal-qargħa ħamra u ħalib tal-coconut

    Ingredjenti għal erba' min-nies għandek bżonn

    800g qargħa ħamra mqaxra

    żewġ weraq tal-karfus

    kuċċarina kosbor niexfa

    erba' patatiet ta' daqs normali

    litru stokk tal-ħaxix

    ftit żejt

    żewġ kurat mdaqqas

    nofs bott ħalib tal-coconut,

    basla mdaqsa

    Metodu

    Sajjar il-basla, karfus, patata, kurat fi ftit żejt fuq nar moderat.

    Żied il-qargħa ħamra mqatta' biċċiet żgħar. Żied il-kosbor. Żied l-istokk tal-ħaxix u sajjar għal madwar nofs siegħa. Għaddi kollox mill-liquidiser. Żied il-ħalib tal-coconut. U saħħan kollox flimkien.

    Ir-riċetti fuq inewsmalta.com huma ta' Lea Hogg