Vella f’Laqgħa mal-Ministru Slovakk Miroslav Lajčák

    Ilbieraħ il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella ltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Slovakk Miroslav Lajčák.

    Il-Ministru Vella saħaq kif ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi baqgħet titjieb speċjalment grazzi għad-dħul tal-Islovakja fl-Unjoni Ewropea.

    Permezz ta’ din iż-żjara uffiċjali Lajčák stqarr li se jkompli jibni fuq iż-żewġ ftehim bilaterali li ġew iffirmati mill-President Emeritus George Abela f’Jannar. Liema ftehim jikkonċerna l-adozzjonijiet u konsultazzjonijiet bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin.

    Iż-żewġ partijiet idduskutew temi internazzjonali fosthom is-sitwazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani. Ġiet diskussa wkoll il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea bejn Malta, l-Islovakja u l-Olanda fl-2017. Temi oħra li ġew diskussi kienu t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u l-Immigrazzjoni.