Rekord għall-akbar “games jam” fid-dinja

    “Games jam” li ġiet organizzata fl-Università ta’ Bedfordshire f’Luton, kisret ir-rekord dinji tal-akbar numru ta’ persuni li attendew għaliha.

    ‘Games jam’ hija laqgħa għal diversi ‘game developers’. Il-partiċipanti jitpoġġew f’diversi timijiet u joħolqu diversi logħbiet f’ħin stipulat.

    Total ta’ 329 studenti attendew għat-48 siegħa “games jam”, organizzata minn Microsoft u minn servizz ta’ tagħlim onlajn bl-isem ta’ Train2Game.

    Il-logħbiet kellhom jiġu diżinjati għal pjattaformi Windows.

    “Li jirnexxilek toħloq logħba fi 48 siegħa hija inkredibbli, logħba għal fuq ‘console’ tieħu xhur u miljuni biex tinħoloq,” saħaq Richard Wilson, CEO ta’ Tiga, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija tal-logħob.