Olmert jinstab ħati ta' nepotiżmu

    L-eks Prim Ministru Iżraeljan, Ehud Olmert, inħeles minn żewġ akkużi ta' korruzzjoni, imma nstab ħati fuq it-tielet akkuża dik ta' nepotiżmu.

    Olmert instab ħati li b'mod illegali għamel pjaċiri lil ħabib tiegħu fin-negozju, meta hu kien ministru. L-eks Prim Ministru ma nstabx ħati fuq tixħim u għamel użu ħażin ta' fondi pubbliċi.

    Waqt it-tliet snin li Olmert dam jiggverna kien maħkum minn skandli kbar u riżenja fi Frar tal-2009.

    Olmert għandu kawża oħra dwar l-involviment tiegħu fi skandlu ta' korruzjoni fuq żvilupp ta' propjeta f'Ġerusalemm, meta kien sindku tal-belt.