Il-Maltin ma jqisux l-immigrazzjoni bħala theddia

    L-ufficcju tal-UNHCR f'Malta ippubblika stħarriġ li għamel dwar il-perċezzjoni tal-poplu Malti dwar ir-refuġjati u l-immigranti.

    Mill-istudju joħroġ li l-maġġoranza ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ ma jaqblux ma' dikjarazzjoni li l-immigrazzjoni hi theddida lejn l-għajxien f'Malta.

    Aktar minn żewġ terzi ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ qalu li huma m'għandhomx konoxxenza ta' immigranti jew refuġjati u nofs dawk intervistati qalu li qatt ma tkellmu ma' refuġjati jew immigranti.

    Ħafna minn dawk intervistati jsostnu li huma konxji tad-diskriminazzjoni li qed taffettwa lil dawn il-persuni f'pajjiżna.