Festa ta’ xjenza u arti f’Science in the City

    Illum tnheda il-festival ‘Science in the City’, festival ta’ xjenza u l-arti li għal din is-sena se jsir il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru mis-18.00 sa 00.00.

    Il-Ko-ordinatur tal-festival il-Professur Alex Felice ħabbar li din is-sena qed jiġu organizzati firxa wiesa ta’ attivitajiet kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa li tvarja minn wirjiet u installazzjonijiet tal-arti għal reċtar, dibattiti, esperimenti u attivitajiet oħra teknoloġiċi li jħeġġu l-komunikazzjoni kreativa tax-xjenza. Fil-biċċa l-kbira tagħhom l-attivitajiet se jkunu konċentrati fi Triq ir-Repubblika,

    Dan il-festival huwa ffinanzjat mill-Marie Sklodowska-Curie Action mill-programm horizon 2020 taħt fondi Ewropei u minn numbru ieħor ta’ sussidjarji korporattivi. Il-programm tal-festival huwa organizzat mill-Università ta’ Malta, mill-fond tar-riċerka tal-istess università u mill-Kamra Maltija tax-Xjenzati flimkien mal-konsorzju ta’ konsulenti, benefiċjarji u parteċipanti.

    Jason Micallef, iċ-chairperson ta' V.18 qal li dan il-festival se jisfida lin-nies fis sens li ħa jservi bħal pont li jwassal għall-attivita tan-Notte Bianca. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi dawn it-tip ta’ festivals sabiex jitqarreb aktar lejn l-iżviluppi teknoloġiċi.