Jasal it-tant mistenni Wi-fi b’xejn fuq il-Gozo Channel

    Wara snin ta’ stennija mill-1 ta’ Settembru ser tiddaħħal sistema ta’ Wi-fi b’xejn fuq il-vapuri kollha tal-Gozo Channel u fit-terminals tal-Imġarr u taċ-Ċirkewwa.

    Il-Ministeru għal Għawdex ħadem ħafna fuq din l-inizjattiva favur konnettivitá aħjar għall-pubbliku u servizz imtejjeb waqt it-traġitt bejn il-gżejjer. Il-Ministeru saħaq li din l-inizjattiva se tkun ta’ benefiċċju għall-passiġġieri kollha li se jagħmlu użu mis-servizz tal-Gozo Channel.