Aktar ħaddiema tad-Daewoo evakwati mil-Libja lejn Malta

    Katamaran tal-Viru Ferries jinsab fi triqtu lejn Malta b'289 ħaddiem tad-Daewoo abbord. Dawn ġew avakwati mil-Libja u minn hawn se jaqbdu triqthom lejn pajjiżhom tul il-lejl li ġej.

    Il-katamaran 'San Ġwann' telaq mill-port ta' Zuwaytinah fit-tmienja ta' dalgħodu u għandu jasal Malta llejla. Il-passiġġieri se jibqgħu sejrin dritt l-ajruport għat-titjiriet rispettivi tagħhom.

    Dan huwa t-tieni vjaġġ li l-kumpanija Virtu Ferries, li topera l-katamaran, qed tagħmel għall-kumpanija Daewoo. Huwa wkoll ir-raba' vjaġġ ta' evakwazzjoni mil-Libja għall-Virtu Ferries, li minbarra ż-żewġ vjaġġi għall-ħaddiema tad-Daewoo għamlet ukoll vjaġġ għall-ħaddiema tal-Hyundai u ieħor għall-gvern Indjan.

    Sadanittant, kmieni dalgħodu telqu minn Malta madwar 800 persuna mill-Filippini li ġew evakwati mil-Libja lejn Malta lbieraħ permezz ta' vapur tal-passiġġieri.