Il-Papa Franġisku jibda l-ewwel żjara fl-Asja

    Il-Papa Franġisku wasal fil-Korea t’Isfel hekk kif beda l-ewwel vjaġġ tiegħu fl-Asja. Din hija l-ewwel żjara papali fl-Asja f’perjodu ta’ madwar għoxrin sena.

    Il-Papa ingħata merħba mhux tas-soltu hekk kif ftit minuti qabel il-wasla tiegħu ġew sparati tliet missili mill-Korea ta’ Fuq.

    Waqt iż-żjara tiegħu li ittemm nhar it-tnejn il-Papa mistenni jikkanonizza 124 il-katoliku li mietu għal fidi Kattolika ġewwa l-Korea. Barra minn hekk mistenni wkoll jattendi festival Kattoliku għaż-żagħzagħ.

    Il-Papa Franġisku mistenni wkoll jiltaqa’ mal-istudenti li salvaw mit-traġedja tal-vapurett Sewol li fis-16 ta’ April ħasdet il-ħajja ta’ 300 persuna.

    Iz-żjara mistenija tintemm b’quddiesa għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-Korea t’isfel dan hekk kif skond raporti li dheru fil-medja internazzjoniali l-Korea ta’ Fuq m’aċċettatx l-istedina li tatendi. Skond rapport maħruġ minn Nazzjonijiet Magħquda fi Frar, fil-Korea ta’ Fuq huwa vjetat li tipprattika il-fidi Kattolika fil-publiku għajr go xi knejjes ikkontrollati mill-istat.