Tmut l-attriċi Amerikana Lauren Bacall

    L- attriċi Amerikana Lauren Bacall mietet b’kawża ta’ puplessija fl-eta ta’ 89 sena ġewwa d-dar tagħha fi New York.

    Bacall rat id-debut tagħha sebgħajn sena ilu fil-film ‘To Have and Have Not’ ma l-artist Humphrey Bogart li żżewġet numru ta’ snin wara.

    Bacall kienet premjata b’Accademy Award għal film ‘The Mirror Has Two Faces’ li għalih kienet ukoll mistennija terbaħ Academy Award. Fl-2009 ingħatat Oscar b’tifkira tar-rwoll importanti tagħha fil-Golden Age ta’ Hollywood.