Invażjoni ta' insetti

    Numru ta' immigranti residenti fiċ-ċentru ta' detenzjoni f'Ħal Safi lmentaw li fuq ħwejjiġhom u s-saqqijiet tagħhom kien hemm ħafna insetti rqaq tat-tip 'cimicidae' jew kif inhuma magħrufa aħjar 'bed bug'. Minn spezzjoni li saret nstabu li s-saqqijiet kienu mimlija insetti. Fil-15 ta' Ġunju saret proċedura biex dawn l-insetti jinqatlu waqt li l-ħwejjeġ u l-friex ntbagħtu għall-ħasil. Eventwalment saret proċedura oħra fis-6 ta' Lulju. Il-ħidma biex ikunu kkontrollati l-insetti u l-ġrieden f'dan iċ-ċentru għada għaddejja.

    Dan it-tagħrif ħareġ minn tweġiba li ta l-Prim Ministru Lawrence Gonzi għall-mistoqsija tad-Deputat Mexxej Laburista Anġlu Farrugia.