"Il-vjolenza ilha sseħħ"

    Grupp ta' immigranti li jinsabu f'Malta qalu li l-każ ta' Mamadou Kamara ma kienx wieħed iżolat. Il-vjolenza fiċ-ċentri ta' detenzjoni ilha għaddejja s-snin u ssir fuq bażi frekwenti.

    Huma sostnew li kull darba li xi ħadd minnhom jipprova jaħrab, meta jipprotestaw jew meta jkun hemm nuqqas ta' qbil bejnhom u l-istaff taċ-ċentri dejjem ikun hemm episodji ta' vjolenza.

    L-immigranti qegħdin jitolbu biex tonqos il-vjolenza, biex jittieħdu passi dixxiplinarji serji fuq min iwettaq din il-vjolenza, kif ukoll li jkun hemm tibdil fil-politika ta' detenzjoni. Intant, nhar l-Erbgħa fil-Belt se ssir protesta favur id-drittijiet tagħhom. L-immigranti jħeġġu lill-pubbliku biex jattendi.

    Intant, jidher li għada t-Tlieta se ssir protesta favur id-drittijiet tas-suldati u l-uffiċjali li jaħdmu mal-immigranti.