Il-parlament Eġizzjan xolt

    L-ordni li ta lbieraħ, il-President Eġizzjan, Mohammed Mursi biex il-parlament jerġa' jitlaqqa' kienet irifjutata mill-qorti suprema.

    Wara d-digriet li ħareġ Mursi, l-ispeaker tal-kamra talab lil membri parlamentari biex jiltaqgħu għada t-Tlieta. Kienet tneħħiet ukoll l-armata minn quddiem il-bini tal-parlament.

    Mursi, li l-partit tiegħu Muslim Brotherhood, rebaħ l-aktar siġġijiet, qal li l-parlament għandu jibqa' jaħdem. Imma l-qorti suprema Eġizzjana, illum tat deċiżjoni finali u li mhix suġġetta għall-appel, dik li l-parlament għandu jiġi xolt.

    Ħafna kienu raw l-ordni li ta l-President bħala sfida diretta minnu lill-militar u l-ġudikatura.