L-ewwel seduta tal-parlament għal Aung San Suu Kyi

    Aung San Suu Kyi attendiet għall-ewwel seduta tal-parlament, wara li l-partit tagħha National League for Democracy rebaħ by-election f'April, f'Burma.

    Aung San Suu Kyi li hija rebbieħa tal-premju Nobel, ħadet is-siġġu parlamentari 22 sena wara li l-partit tagħha rebaħ elezzjoni li kienet injorata mill-militar ta' dak iż-żmien. Suu Kyi kienet għaddiet snin twal taħt 'house arrest'.

    Il-parlament f'Burma għadu ddominat mill-militar u l-aleati. Minkejja dan it-tluq riċenti ta' numru ta' konservattivi minn mal-gvern, jidher li se jsaħħaħ idejn ir-riformisti.

    In-National League for Democracy huwa l-partit ewlieni tal-opożizzjoni b'10 fil-mija tas-siġġijiet.