Il-Wanderers jirritornaw għar-rebħ

    Wara tliet logħbiet li fihom kisbu draw, Sliema Wanderers irritornaw għar-rebħ hekk illum rebħu lill-Hibernians għall-iskor ta' 3-1.

    Kienu l-Hibs li skurjaw l-ewwel permezz ta' Obinna Obiefule. Il-Wanderers ngħataw penalty fis-57 minuta wara li Ryan Camilleri waqqa' lil John Mintoff fil-kaxxa ż-żgħira. Il-penalty kien skurjat minn Admir Vladavic. Sitt minuti wara Sliema kisbu l-gowl tal-vantaġġ permezz ta' Stanley Ohawuchi.

    Hekk kif kien baqa' ħmistax-il minuta minn tmiem il-logħba l-Hibs spiċċaw b'żewġ plejers inqas. L-ewwel li tkeċċa kien Bjorn Kristensen u minuta wara Clayton Failla ngħata żewġ karti sofor wara xulxin minħabba li kien qiegħed jipprotesta.

    Fid-90 minuta tkeċċa Clifford Galea Baldacchino tal-Wanderers. Fil-ħames minuta mill-ħin miżjud, Stanley Ohawuchi skorja t-tielet gowl għal Sliema.

    Mosta viċin iċ-Championship Pool

    Mosta kisbu tliet punti importanti għalihom hekk kif illum għelbu lill Floriana bl-iskor 1-0.

    Fil-65 minuta, il-Mosta spiċċaw b'għaxar plejers hekk kif tkeċċa Gianmarco Piccioni wara li ta' daqqa ta' sieq plejer ieħor. Madankollu Mosta xorta skurjaw il-gowl tar-rebħa fis-77 permezz ta' Kurt Zammit.