Illum l-Istrina...

    Illum issir edizzjoni oħra tal-Istrina, fejn il-poplu Malti jkun mistieden jikkontribwixxi l-flus li mbagħad jitqassmu lil diversi entitajiet li jaħdmu ma’ dawk li l-iktar għandhom bżonn fis-soċjetà Maltija.

    “Is-sabiħ tal-Istrina hu li għall-ftit ninsew lilna nfusna u niftakru f’min f’dan il-mument għaddej minn żmien diffiċli u iebes, “ qal il-President Abela f’appell li għamel fl-aħħar jiem.

    Din is-sena l-Istrina se tkun qiegħda tixxandar b’mod dirett minn tliet postijiet differenti; Dar il-Mediterran, Smart City u t-Teatru Astra. Ma jonqosx li l-ġurnata tkun mimlija b’attivitajiet, spettaklu u divertiment.

    Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw bit-telephone, sms jew inkella f’xi wieħed minn dawn it-tliet postijiet. Hemm ukoll l-app tad-donazzjonijiet fuq facebook.

    Is-sena l-oħra kien twaqqaf rekord ta’ donazzjonijiet hekk kif fl-Istrina kienu nġabru €3,294,997.

    Dawk li din is-sena se jibbenefikaw mill-ġenerożità tal-poplu Malti huma: il-Youth Alive Foundation, Caritas Malta, Inspire, Fondazzjoni St. Jeanne Antide, Parroċċa Familja Mqaddsa, St. Joseph's Home, Dar Arka, Oratorju Don Bosco, il-Fondazzjoni OASI, is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar f'Malta, Living Ability not Disability, il-Fondazzjoni Spiro Mizzi, Jesuit Refugee Services (JRS), Malta, Piccola Casa di San Giuseppe, YMCA Homeless, The Malta Autism Centre Foundation for Education and Research, The Ghana Mission Foundation, Angela House, The Malta Hospice Movement, Golden Daffodil Foundation, Dar Osanna Pia, Yi Xue Life Cultivation Malta Association, Fondazzjoni Suret il-Bniedem, SOS Malta, KIDS - kids Initiative for Development and Sustainability, Fondazzjoni Kenn u Tama, Fondazzjoni Nazareth, Foundation for Respite Care Services (Dar il-Kaptan),, Għaqda Żgħażagħ b'Diżabilità, Dar Qalb ta' Ġesù, Victim Support Malta, Action for breast cancer, Paulo Freire Institute, Puttinu Cares Foundation, Fondazzjoni Persuni B'Diżabilita, Żgħażagħ Ħaddiema Nsara, is-Sorijiet Agostinjani, is-Sorijiet Franġiskani fl-Ingilterra u NGO's favur il-ħarsien tal-annimali.