Tmienja maqtula fil-Libja

    Minn tal-inqas tmien persuni nqatlu u għaxra weġġgħu wara attakk suwiċida permezz ta' karozza f’checkpoint militari qrib il-Belt ta’ Benghazi. Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li dan hu l-ewwel attakk suwiċida mill-waqa' ta' Gaddafi.

    Il-persuni milquta minn dan l-attakk jinkludu suldati u pulizija. Is-suspetti huma fuq militanti Iżlamiċi.

    Kelliem għal forzi ta’ sigurtàta’ Benghazi esprima t-tħassib dwar is-sigurtà minn meta beda l-perjodu tranżitorju. Il-Kulunell Abdallah al Zaidi qal li kemm ilu li beda dan il-perjodu ingħata spazju kbir lil gruppi terroristiċi li huma iktar b’saħħithom mill-gvern innifsu.