Sentenza sospiża għal raġel li sawwat gwardjan lokali

    Raġel li lbieraħ, fil-Floriana, ta daqqa ta’ ponn lil gwardjan lokali wara li waqfitu peress li kien qiegħed iċempel waqt li kien qiegħed isuq ingħata sentenza sospiża. Christian Mangion, mill-Birgu, wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu. Dan wassal biex ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’, bil-Maġistrat Aaron Bugeja jinnota li dawn it-tip ta’ inċidenti qegħdin isiru iktar spissi.