Kaya l-mistiedna speċjali f’Canzoni dal Mondo fl-Italja

    Il-kantanta Kaya se tkun il-mistiedna speċjali tal-konkors Canzoni dal Mondo f’Maiori l-Italja.

    Kaya se titlaq minn Malta l-Ħamis li ġej fejn matul dan il-festival se tkun qiegħda tniedi t-tieni single ġdida tagħha ghal din is-sena Crazy for you, miktuba mill-kompożitur Grieg Gorgi Kalpakidis.

    Se tkun qed tinterpreta wkoll is-single li nidiet fl-aħħar jiem waqt il-maratona Oħloq Tbissima, Touched by an Angel ta’ Knut Oyving Hagen, liema kanzunetta ntlaqgħet tajjeb ħafna mhux biss minn dawk preżenti iżda wkoll minn bosta stazzjonijiet tar-radju lokali.

    Id-dehra għal Kaya f’Canzoni dal Mondo mhix se tkun l-ewwel esperjenza għaliha. Fil-fatt seba’ snin ilu kienet waħda mil-parteċipanti li rebħet iż-żewġ sezzjonijiet ta’ dan il-konkors kemm bhala l-aqwa vuċi u kemm l-aqwa interpretazzjoni ta’ kanzunetta oriġinali.

    Fid-dawl tal-fatt li sal-2011 kienet hi biss li rnexxielha tikseb dawn iż-żewġ titli, l-organizzaturi tal-konkors talbuha biex tkun il-mistiedna speċjali għall-konkors ta’ din is-sena.